INTI ĊITTADIN EWROPEW LI TGĦIX FIL-BELĠJU?
Mela ejja vvota fid-9 ta’ Ġunju 2024 għall-Parlament Ewropew!
Il-Ħadd, 9 ta’ Ġunju 2024, se jiġu eletti l-membri tal-Parlament Ewropew fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Jekk inti ċittadin Ewropew li tgħix fil-Belġju, tista’ tipparteċipa fl-elezzjonijiet fil-Belġju għall Parlament Ewropew u tivvota għal kandidati fuq reġistri Belġjani. F’dan il-każ, ma tistax tieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek.
It-talba ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-vot tal-muniċipalità tiegħek għandha ssir sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2019.
Għall-informazzjoni tiegħek, fid-9 ta’ Ġunju 2024, il-votanti Belġjani se jaħtru wkoll ir rappreżentanti tagħhom fil-Kamra tar-Rappreżentanti u tal-Parlamenti tal-Komunità u tar Reġjun.
MIN JISTA’ JIVVOTA FID-9 TA’ ĠUNJU 2024?
Sabiex tieħu sehem f’din l-elezzjoni bħala ċittadin Ewropew, trid tissodisfa ħames kundizzjonijiet, jiġifieri:
- ikollok ċittadinanza fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
- ikollok residenza prinċipali f’muniċipalità Belġjana;
- ikollok mill-inqas 16-il sena;
- ikollok id-dritt tal-vot;
- tkun irreġistrat fil-lista tal-votanti (età minima għar-reġistrazzjoni: 14-il sena).
Iċ-ċittadinanza
Sabiex tkun tista’ tivvota, trid tkun ċittadin ta’ wieħed mis-26 Stat Membru li jiffurmaw l Unjoni Ewropea, fid-data tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-Belġju; l Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is Slovakkja, is Slovenja, Spanja, l-Iżvezja jew l-Ungerija.
Il-kundizzjoni tan-nazzjonalità trid tiġi sodisfatta sa mhux iktar tard mill 1 t’ April 2024, il-jum li fih jingħalqu r-reġistri elettorali.
Ir-residenza
Barra minn hekk, inti trid tkun irreġistrat fir-reġistru residenzjali jew fir-reġistru taċ ċittadini barranin tal-muniċipalità ta’ residenza tiegħek fil-Belġju. Din il-kundizzjoni trid tiġi sodisfatta sa mhux iktar tard mill-1 t’ April 2019.
L-età
Sabiex tkun tista’ tivvota, irid ikollok mill-inqas 16-il sena fid-data tal-elezzjoni tas 26 ta’ Mejju 2019.
Il-pussess tad-dritt tal-vot
Sabiex tkun tista’ tivvota, ma tistax tinsab f’wieħed mill-każijiet ta’ esklużjoni jew ta’ sospensjoni mid-drittijiet elettorali previsti mil-liġi Belġjana. Barra minn hekk, ma jistax ikun tneħħielek id-dritt tal-vot fl-Istat ta’ oriġini tiegħek minħabba deċiżjoni ġudizzjarja individwali jew deċiżjoni amministrattiva.
Il-lista tal-votanti
Inti trid tkun irreġistrat fil-lista tal-votanti tal-muniċipalità ta’ residenza prinċipali tiegħek. Għal dan l-għan, trid timla l-formola C/1 onlajn permezz ta’ www.inscription.elections.fgov.be jew tista’ tikseb il-formola mingħand l awtoritajiet muniċipali fejn għandek ir-residenza prinċipali tiegħek.
Jeħtieġ li sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2024, inti għandek:
- tissottometti din il-formola onlajn permezz ta’ www.inscription.elections.fgov.be ;
- jew tissottometti l-formola kompluta fil-kunsill lokali,
- jew tingħatha bil-posta.
L-awtoritajiet muniċipali se jeżaminaw it-talba tiegħek fuq il-bażi tal-elementi li tkun indikajt fuq din il-formola.
Jekk tkun approvat bħala votant mill-Collège des bourgmestre et échevins, se tirċievi avviż uffiċċjali mill-muniċipalità.
Mill-mument li r-reġistrazzjoni tiegħek fil-lista tal-votanti tkun ġiet approvata, se tkun legalment obbligat li tivvota fid-9 ta’ Ġunju 2024. Barra minn hekk, ma tistax tieħu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek.
Jekk wara tixtieq tieħu sehem mill-ġdid fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek, jew għal xi raġuni oħra, tista’ titlob li tirtira r-reġistrazzjoni tiegħek mill-muniċipalità fejn tinsab ir-residenza prinċipali tiegħek. Madankollu din it-talba ma tistax titressaq bejn l-1 t’ April 2024 u d-data tal-elezzjoni.
Jekk inti diġà ressaqt talba ta’ reġistrazzjoni fil-lista tal-votanti għall-elezzjonijiet Ewropej fil passat (għall-elezzjonijiet Ewropej tal- 2014 jew 2019) u kont diġà approvat bħala votant f’dak iż-żmien, ma tridx tressaq talba ġdida. Ir-reġistrazzjoni tiegħek fil-lista tal-votanti tinżamm u tibqa’ valida għall-elezzjonijiet Ewropej kollha li ġejjin.
Inti tista’ tivverifika din ir-reġistrazzjoni mal-kunsill lokali tiegħek jew fuq l-applikazzjoni Mon DOSSIER fl-indirizz https://www.mondossier.rrn.fgov.be (it Taqsima “Mes données – Id-dejta tiegħi” ► “Élections – Elezzjonijiet”) permezz tal-permess ta’ residenza elettroniku tiegħek, il-kodiċi PIN tiegħek u qarrej tal-karti elettroniċi.
Il-Collège des bourgmestre et échevins jista’ jiddeċiedi li ma japprovakx bħala votant u għalhekk li ma jirreġistrakx fil-lista tal-votanti.
Din id-deċiżjoni tiġi notifikata lilek b’mod uffiċjali u bil-miktub. Dan jista’ jkun soġġett għal sejħa. Inti tista’ tikseb tagħrif rigward il-proċedura ta’ sejħa mill-kunsill lokali tiegħek jew fuq is-sit www.elections.fgov.be (it-Taqsima “Électeurs – Votant”).
KIF TITFA’ VOT VALIDU?
Sabiex ikun validu, il-vot tiegħek irid jintefa’ taħt lista waħda. Dan jista’ jsir b’2 modi differenti:
- b’vot fil-kaxxa li tinsab fuq nett ta’ lista (vot ta’ lista);
- b’vot fil-kaxxa li tinsab ħdejn l-isem ta’ kandidat wieħed jew iktar (il-kandidat maħtur minnek).
Jekk fl-istess ħin inti titfa vot ta’ lista jew vot nominattiv wieħed jew iktar f’din il-lista, il-vot ta’ lista mhux se jitqies.
Jekk titfa’ voti (ta’ lista jew nominattivi) fuq listi differenti, il-vot se jitqies bħala null u mhux se jkun irreġistrat.
Tista’ ssib il-vidjo ta’ spjegazzjoni f’dan il-link: https://elections.fgov.be/electeurs-comment-voter/vote-papier
(disponibbli biss bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż)
VOT ELETTRONIKU
Fid-9 ta’ Ġunju 2024, 158 muniċipalità fir-Reġjun Fjamming, il-muniċipalitajiet tar-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali kif ukoll il-muniċipalitajiet li jitkellmu bil-Ġermaniż se jorganizzaw l elezzjonijiet b’kompjuters tal-vot bi prova tal-karti filwaqt li l-muniċipalitajiet kollha tar-Reġjun ta’ Walloon kif ukoll 150 muniċipalitajiet fir-Reġjun Fjamming se jorganizzaw l-elezzjonijiet permezz tal-vot imsejjaħ "tal-karti".
Biex tkun taf jekk tistax tivvota bil-kompjuter fil-muniċipalità tiegħek:
- ara https://elections.fgov.be/electeurs-comment-voter/quel-mode-de-vote-dans-ma-commune (disponibbli biss bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż)
- jew tista’ tikkuntattja d-dipartiment tal-elezzjonijiet tal-muniċipalità tiegħek.
KIF TIVVOTA FUQ IL-KOMPJUTER?
Tista’ ssib il-vidjo ta’ spjegazzjoni f’dan il-link: https://elections.fgov.be/electeurs-comment-voter/le-vote-electronique
(disponibbli biss bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż)
KIF TRESSAQ IL-KANDIDATURA TIEGĦEK?
Sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt ta’ eliġibbiltà tiegħek u tkun elett fil-Belġju fil-Parlament Ewropew, inti trid:
- tkun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tkun residenti f’wieħed mill Istati Membri;
- tinsab fuq reġistru Belġjan bħala kandidat, aċċettat minn uffiċċju elettorali prinċipali Belġjan, wara depożitu f’dan l-uffiċċju fit-12 jew it-13 ta’ April 2024;
- tressaq lill-uffiċċju elettorali prinċipali dikjarazzjoni bil-miktub u ffirmata li ssemmi l indirizz tar-residenza prinċipali tiegħek, in-nazzjonalità tiegħek, il-post u d-data tat-twelid tiegħek. F’din id-dikjarazzjoni, trid tiddikjara wkoll li mintix kandidat fi Stat Membru ieħor u li mintix imċaħħad jew sospiż mid-dritt ta’ eliġibbiltà f’dan l-Istat fid data tal-elezzjoni;
- tkun ilħaqt l-età ta’ 18-il sena fid-data tal-elezzjoni;
- tgawdi drittijiet ċivili u politiċi fid-data tal-elezzjoni.
Għal aktar informazzjoni, ara https://elections.fgov.be/candidats/comment-etre-candidat (disponibbli biss bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż)
AKTAR INFORMAZZJONI
Toqgħodx lura milli tikkuntattja lis-servizz Élections tal-kunsill lokali tiegħek.
Tista’ tikkonsulta wkoll is-sit tal-Internet Élections tas-Servizz Pubbliku Federali Intern, www.elections.fgov.be.